Sport Sport Ieħor

L-atleta tal-Belarus Kristina Timanovskaya titlob status ta’ refuġjata

Fl-istazzjoni tal-pulizija fl-ajruport internazzjonali ta’ Haneda f’Tokjo, l-atleta mill-Belarus KRISTINA TIMANOVSKAYA talbet status ta’ refuġjata. F’dikjarazzjoni hija qalet li mhux se tkun sigura f’pajjiża wara li ntalbet biex tħalli l-Villaġġ Olimpiku u tirritorna pajjizha. Ir-raġuni hi għaliex ikkritikat lil kowċ u uffiċjali tal-federazzjoni tal-atletika tal-Belarus. L-atleta li għandha 24 sena ikkritikat lil Federazzjoni wara li saret taf fl-aħħar ħin li kellha ttellaq fir-relay tal-400 metru wara li llum kellha tieħu sehem fil-200 metru. Hija qalet li ddejjqet li min imexxi l-pajjiż jiddeċiedi hu f’isem l-atleti u ħadd ma jista’ jikkritika. Filwaqt li l-atleta talbet lil Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex jgħati l-għajnuna tiegħu il-Kumitat Olimpiku tal-Belarus qal li l-atleta ħalliet il-villaġġ fuq parir mediku.