Lokali Qorti

Miċħuda t-talba ta’ Yorgen Fenech biex jikseb kopja tax-xhieda tal-“Ġojja”

Il-Qorti ċaħdet it-talba li għamlet id-difiża ta’ Yorgen Fenech mixli li kien il-moħħ fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia biex jikseb kopja tax-xhieda ta’ Edwin Brincat magħruf bħala “Il-Ġojja” li skont ma ħareġ diġa’ fix-xhieda huwa ħabib kbir tal-middleman fil-każ Melvin Theuma.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello qalet li wara li rat ir-rikors ta’ Fenech tal-15 ta’ Gunju 2021 u rat ir-risposta tal-Avukat Generali kif ukoll ir-risposta tal-Kummissarju tal-Pulizija hija kienet qed tiċħad it-talba.

Il-Qorti qalet li rat ukoll id-digriet taghha tal-1 ta’ Frar 2021 fejn, minhabba l-kunsiderazzjonijiet hemm maghmula, kienet astjeniet milli tiehu iktar konjizzjoni tat-talba tal-imputat ghal access ghall-interċettazzjonijiet telefonici li ssemmew lil Edwin Brincat waqt l-interrogazzjoni tiegħu.

Ingħaf li f’dan il-kaz partikolari, id-difiża ta’ Fenech diga` ghandha access ghall-interrogazzjoni awdjo-vizwali ta’ Edwin Brincat fejn jinsemgħu is-siltiet tar-reġistrazzjoni tal-interċettazzjonijiet telefoniċi li l-Pulizija straħet fuqhom fl-investigazzjoni tagħha dwar din il-persuna u li d-difiża titlob li jingħataw lilha. 

Ma jirriżultax, anzi l-Pulizija eskludiet, illi b’żieda mal-użu tagħhom matul l-interrogazzjoni ta’ Edwin Brincat, dawn ir-registrazzjonijiet intużaw għal skop ieħor jew fi stadju ulterjuri tal-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ, u konsegwentement, magħdud dan kollu, jiġi ribadit li f’dawn iċ-c1rkostanzi m’huwiex meħtieg li l-Pulizija terġa’ tikseb kopja tal-istess interċettazzjonijiet biex dawn jingħtaw lid-difiża.