Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Atletika: Soufiane El Bakkali jwaqqaf id-dominju tal-Kenja

(Ritratt: EPA)

Soufiane El Bakkali waqqaf id-dominju tal-Kenja fit-3,000 metru steeplechase hekk kif rebaħ id-deheb fl-10 ġurnata tal-Olimpjadi. L-atleta ta’ 25 sena temm f’ħin ta’ 8:8.90 sekonda biex għeleb lill-atleta tal-Etjopja Lamecha Girma u l-Kenjan Benjamin Kigen biex rebaħ l-ewwel midalja għall-Marokk f’Tokjo.

Il-Kenja dejjem rebħet dan l-avveniment sa mill-1968 b’El Bakkali jgħid li huwa ta’ sodisfazzjoni kbir għalih li rnexxielu jirbaħ din it-tellieqa.