Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Futbol: Kanada u l-Iżvezja fil-finali tan-nisa

Il-Kanada u l-Iżvezja se jkunu qed jilagħbu fil-finali tan-nisa wara li għelbu lill-Istati Uniti u lill-Awstralja rispettivament.

Il-Kanada avvanzaw b’rebħa minima ta’ 1-0 bil-gowl ikun skorjat permezz ta’ penalty minn Jessie Fleming. Minn naħa l-oħra l-Iżvezja għelbu lill-Awstralja bi skor identiku bil-gowl ikun skorjat minn Fridolina Rolfo.

Din se tkun it-tieni darba konsekuttiva li l-Istati Uniti mhux se jkun qed jilagħbu fil-finali wara li naqsu milli jagħmlu dan f’Rio.