Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – High Jump : Tamberi u Barshim jirbħu l-midalja tad-deheb

(Ritratt: EPA)

Gianmarco Tamberi tal-Italja flimkien ma’ Mutaz Essa Barshim tal-Qatar rebħu l-midalja tad-deheb fil-high jump f’deċiżjoni mhux komuni li tittieħed fl-Olimpijadi. Irriżulta li Tamberi u Barshim qabżu it-tnejn 2.37 metri. It-tnejn li huma fil-proċess tal-kompetizzjoni kienu fallew l-istess il-provi tat-2.39 metri . Gie deċiż bi qbil bejn iż-żewġ atleti li it-tnejn jingħataw il-midalja tad-deheb. Il-midalja tal-fidda ma ingħatatx filwaqt li Maksim Nedasekau ingħata l-midalja tal-bronż. Filwaqt li għal Tamberi kienet l-ewwel midalja Olimpika mirbuha, Barshim fl-Olimpijadi ta’ Londra kien rebaħ il-midalja tal-bronż filwaqt li kiseb midalja tal-fidda f’Rio fl-2016.