Sport Sport Ieħor

Olimpjadi: Il-kontinġent Awstraljan fi kwarantina wara li jasal minn Tokjo

Il-kontinġent Awstrljana se jkun qed jitpoġġa fi kwarantina obbligatorja mal-wasla tiegħu minn Tokjo. Latleti kollha se jkun qed jinżammu f’lukandi fl-Awstralja bl-għan li titnaqqas il-firxa tal-COVID-19 fil-pajjiż.

B’kollox kien hemm 853 atleta u membri fi ħdan il-kontinġent Awstraljan li vjaġġaw lejn Tokjo għall-Olimpjadi. L-atleti kollha huma obbligati li jitilqu mill-villaġġ Olimpiku 48 siegħa wara li jintemm l-aħħar avveniment.