Aktar nies ikomplu jesprimu r-rabja tagħhom għal dak li qal mill-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis dwar il-votanti tiegħu…li spiċċa jgħajjarahom ‘ġaħan’
Din id-darba kien imiss mara Laburista li ċemplet waqt programm fuq NET FM u saħqet li mhux se tkun qed taċċetta la lil Zammit Lewis u lanqas lill-ebda Ministru jew membru mill-Partit Laburista li jgħajjarha ‘ġaħan’.
Il-mara sotniet li mhux ser tkun qed tinxtara mill-Partit Laburista fl-aħħar erbat’ ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali sabiex il-Gvern ikun jista’ jakkwista l-vot tagħha.
//= $special ?>