Lokali

Arrestat raġel b’rabta ma’ ħsarat fuq diversi vetturi

Niġerjan ta’ 25 sena ġie arrestat wara li għamel ħsarat fuq diversi vetturi u fera b’mod ħafif żewġ kuntistabbli tal-RIU. L-arrest seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax u nofs f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u fi Triq it-Turisti sabu Niġerjan ta’ 25 sena b’ħadida twila f’idejh. Huwa instab li kien qed iġorr ukoll sikkina twila u ħadida oħra. F’dak il-mument intalbet l-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u waqt li r-raġel kien qed jiġi arrestat huwa sar agressiv bil-Pulizija kienu kostretti jużaw il-pepper spray.

Waqt l-arrest huwa għamel ħsarat fuq vettura tas-servizz u żewġ kuntistabbli tar-RIU sofrew ġrieħi li aktar tard ġew iċċertifikati bħala ġrieħi ħfief.

Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-lock up tal-Pulizija, il-Furjana filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet