Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 69 każ ġdid pożittiv

5 persuni rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei

69 każ ġdid pożittiv

134 persuna mfejqa

1, 544 każ attiv

31 pazjent rikoverat l-Isptar Mater Dei – 5 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Din hija s-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19 f’pajjiżna hekk kif ninsabu fl-74 ġimgħa minn meta faqqgħet din il-pandemija f’Malta.

Intant l-Istati Unit klassifikat lil Malta bħala pajjiż ta’ riskju għoli fid-dawl taż-żieda fil-każi li kellu pajjiżna f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Iċ-Ċentru tal-Istati Uniti għall-Kontroll u Prevenzjoni tal-Mard, is-CDC, żied total ta’ 16-il pajjiż f’din il-lista fosthom Malta. Huma qed iħeġġu lin-nies sabiex jevitaw li jsiefru lejn dawn id-destinazzjonijiet inkluż pajjiżna filwaqt li qed jagħtu parir biex wieħed jivvjaġġa biss lejn dawn il-pajjiżi jekk ikun imlaqqam.