Coronavirus Internazzjonali

Il-belt ta’ Wuhan tittestja popolazzjoni sħiħa wara li jitfaċċa virus ġdid

Ritratt: EPA

Fil-belt ta’ Wuhan fiċ-Ċina fl-aħħar sigħat kienu rappurtati 90 każ ġdid ta’ COVID-19, fejn skont il-Kummissjoni nazzjonali  tas-saħħa, 61 minnhom kienu trasmessi lokalment.

 Sa ftit jiem ilu, iċ-Ċina  kienet waħda mill-aktar pajjiżi  ta’ suċċess fil-kontroll tal-virus fil-fruntieri tagħha. Madankollu din il-firxa ta’ każi ġdida li nstabet għall-ewwel darba fost il-ħaddiema fl-ajruport f’Nanjing, qajmet tħassib. Fid-dawl ta’ dan, l-awtoritajiet ittestjaw id-9.2 miljun resident ta’ Nanjing tliet darbiet u imponew kwarantina lil eluf ta’ nies.

Fi tmiem il-ġimgħa l-attenzjoni daret lejn id-destinazzjoni turistika popolari Zhangjiajie fil-provinċja ta’ Hunan, fejn ħareġ, li bosta mill-każijiet pożittivi, kienu vjaġġaw minn Nanjing. Kien maħsub li reċentament żaru l-belt f’Zhangjiajie u issa qed jippruvaw isibu madwar 5,000 persuna li attendew wirjiet u wara ivvjaġġaw lura lejn il-bliet tagħhom.

Din iż-żieda ġdida fil-każi nfirxet ukoll fil-belt kapitali Beijing, fejn kienu rapurtati diversi infezzjonijiet trasmessi lokalmment.

Ikkummenta