Lokali

Għaliex qed jibqgħu jiddefendu lil Zammit Lewis?

F’Jannar tal-2020 kienu ġew żvelati stejjer ta’ ħbiberija mill-qrib bejn d-Deputat Kummissarju tal-Pulizija, Silvio Valletta u l-allegat kompliċi fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech. Kien hawnhekk fejn il-mara ta’ Silvio Valletta, il-Ministru Justyne Caruana, irriżenjat mill-kariga tagħha fil-Kabinett ta’ Robert Abela.

Caruana għamlet dan anke jekk din il-kwistjoni ta’ ħbiberija kienet bejn ir-raġel tagħha u Yorgen Fenech, ħbiberija li hija ma kinetx direttament involuta fiha, iżda xorta irriżenjat.

Madanakollu, meta qed joħorġu aħbarijiet u chats bejn il-Ministru Edward Zammit Lewis u s-sid ta’ 17 Black Yorgen Fenech, Zammit Lewis qed jagħżel li jibqa’ fil-kariga. Bil-Prim Ministru jibqa’ jkaxxkar saqajh u ma jieħux azzjoni. Mistoqsija dwar dan, Justyne Caruana qalet li taqbel ma’ dak li qal il-Prim Ministru.

Staqsejna lil Justyne Caruana jekk il-pożizzjoni ta’ Zammit Lewis kienetx diskussa fil-Kabinett jew jekk itiħditx deċiżjoni dwar kif se jivvota l-Gvern fil-mozzjoni li ressaq il-Partit Nazzjonalista biex l-Ministru jitneħħa mill-kariga. Caruana qalet li dak li jkun diskuss fil-Kabinett jibqa’ fil-Kabinett.

Meta staqsejna dwar il-kummenti li għadda Zammit Lewis b’referenza għal-Laburisti, Caruana qalet li fil-politka “għandna nkunu ftit ‘on the ball.’