Lokali

“Il-qtugħ tad-dawl hi sitwazzjoni tal-biża'” – Amber

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, il-kantanta Amber esprimiet il-frustrazzjoni tagħha għal sigħat twal ta’ qtugħ ta’ dawl, hekk kif qalet li s-sitwazzjoni hija insapportabbli.

Ir-radio host ta’ Magic Malta appellat biex dawn l-affarjiet nieħduhom bis-serjetà, u qalet li min qed jgħid lil dawk li ma kellhomx provvista tal-elettriku li qed jagħġbuha, biex jirrealizza li hemm anzjani u tfal li ma jifilħux għal din is-sħana tas-sajf.

Amber kompliet li din il-materja hija serja, fejn infatti lanqas fadlilha saħħa biex tkompli l-ġurnata minħabba li għamlet lejl bla elettriku. Hija talbet biex f’affarjiet bħal dawn tingħata aktar informazzjoni ħalli n-nies ikunu jafu x’jistgħu jagħmlu.