Lokali

IL-QTUGĦ TAD-DAWL: L-Enemalta twaħħal fis-sħana

“Iż-żieda qawwija fid-domanda li kellna f’dawn il-ġimgħat, u b’mod partikolari t-temperaturi għoljin, ikkawżaw ħsarat fuq is-sistema tal-low voltage li konsegwenza tagħha laqtet numru ta’ klijenti tal-Enemalta f’partijiet minn diversi lokalitajiet”.

Hekk qalet permezz ta’ stqarrija l-Enemalta b’reazzjoni għall-qtugħ fil-provvista tad-dawl li pajjiżna esperjenza fl-aħħar jiem, b’ħafna mill-kummenti fuq Facebook jixhdu r-rabja tal-pubbliku għal dan in-nuqqas.

L-Enemalta qalet li biex tnaqqas l-inkonvenjent fejn possibbli, l-Enemalta qed tipprovdi servizz temporanju alternattiv permezz ta’ generators li jitpoġġew ħdejn is-substation sakemm jitlestew it-tiswijiet.