Lokali

“Il-verdett tal-FATF huwa bħal massage parlour” – Joe Brincat

Skont l-eks Deputy Leader Laburista Joe Brincat, il-verdett tal-FATF hu bħal massage parlour  – iktar ma jkun hemm tentazzjoni, in-nies iktar tiġihom kurżita u jersqu biex jaraw eżatt x’hemm.

L-eks Ministru Labrusita Joe Brincat kien qed jikkummenta dwar l-FATF waqt programm fuq ir-radju Laburista…fejn  prova jpingi l-greylisting fuq pajjizna bhala xi haga pozittiva.

L-eks Ministru Laburista qal li skont hu…. din il-lista mhux se jkollha riperkussjonijiet fuq pajjiżna. Anzi.. skont hu… dan se jkun riklam għal Malta fejn spicca anke qabbel din il-lista mar-red light district ta’ Amsterdam. Ghaliex fi kliemu stess….tigik kurżita u tibda izzur postijiet bhal dawn biex tara x’joffru. Bl-istess Brincat, iqabbel din il-grey listing mat-tuffieħa projbita.

Il-prezentatur tar-radju Laburista – li huwa wiehed mill-aktar persuni li jappogja lil Robert Abela – qal li bis-saħħa ta’ dan il-grey listing, min ma kienx jaf f’pajjiżna, issa beda jfittex dwar Malta u anke forsi jżur pajjiżna biex isir jaf iktar.

Dan kollu jkompli jikkonferma kemm il-Partit Laburista mhux qed jieħu bis-serjeta l-verdett li inghatajna mill-FATF – verdett li kawża tiegħu qed tkompli tittappan ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.