Sport Waterpolo

L-aħwa Miguel u Nikolai Zammit strumentali fir-rebħa ta’ Valletta … tasal l-ewwel rebħa ta’ Marsaxlokk

Rapport: Stewart Said

MARSASKALA FISH AND FISH…. 5

VALLETTA IZIBET…………………… 7

(1-1), (2-3), (0-2), (2-1)

Valletta Izibet reġgħu b’daħlu ċans realistiku li jiksbu r-raba’ post hekk kif rebħu konfront dirett kontra Marsaskala Fish and Fish. Logħba bilanċjata, b’Valletta jkunu ftit aħjar mill-avversarji mit-tieni sessjoni ‘l quddiem. Din ma kinitx l-aqwa prestazzjoni ta’ Marsaskala hekk kif fosthom ma kinux ċiniċi quddiem il-lasta avversarja.

Luca Felice poġġa lil Marsaskala fil-vantaġġ iżda Valletta ġabu d-draw b’xutt ta’ Michele Stellini li ġie mxellef u spiċċa fir-rokna. It-tim ta’ Zoran Maslovar irnexxielu jikseb il-vantaġġ fit-tieni sessjoni. Dan minkejja li Marsaskala wieġbu f’żewġ okkażjonijiet permezz ta’ Jake Ciantar u Luca Felice. Miguel Zammit daħħal lit-tim Belti 4-3 minn fuq fi tmiem it-tieni sessjoni.

Il-Beltin irnexxielhom irażżnu l-isforzi tal-avversarji għalkemm setgħu kienu aktar preċiżi. Madankollu Nikolai Zammit minn penalty u man-up veloċi, ta vantaġġ ta’ 6-3. Wieħed kien qed jistenna risposta minn Marsaskala iżda din waslet tard wisq. Luca Felice naqqas id-distakk tliet minuti mit-tmiem, iżda Miguel Zammit għalaq il-logħba fl-attakk sussegwenti. Jean Claude Cutajar reġa’ niżżel id-distakk għal żewġ gowls iżda ma kienx fadal ħin biżżejjed.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, P. Privitera, G. Sammut, L. Grixti, K. Navarro, M. Manara, S. Micallef, L. Felice (3), J. Ciantar (1), M. Carani, A. Muscat, D. Camilleri, N. Gatt

Valletta: R. Sciortino, P. Borg, E. Aquilina (1), M. Stellini (1), A. Agius, R. Mock, D. Paolella, M. Mifsud, N. Farrugia, M. Zammit (2), N. Zammit (3), N. Lanzon, B. Muscat Dougal, K. Tanti, M. Mannino

Referees: Stefano Pinato, Neville Mercieca

L-ewwel rebħa tal-istaġun

MARSAXLOKK BROWN’S………. 11

OTTERS NIVEA………………………… 6

(2-0), (4-2), (1-1), (4-3)

Finalment tasal l-ewwel rebħa għal Marsaxlokk Brown’s Pharma. Rebħa li fiha qatt ma kienu minn taħt fil-konfront u b’dawn it-tliet punti laħqu lill-istess Otters kif ukoll lil Ta’ Xbiex. Gowls minn Rainier Scerri u Sebastian Busuttil taw vantaġġ doppju lix-Xlukkajri fi tmiem l-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ saħansitra kiber għal 4-0 sakemm Edward Meli naqqas id-distakk iżda Marsaxlokk xorta rnexxielhom jibdew it-tielet sessjoni b’erba’ gowls vantaġġ.

Għalkemm kienu qed jikkontrollaw il-logħba, Marsaxlokk ma għalqux il-logħba definittivament fit-tielet sessjoni, b’Luke Hyzler iwieġeb minn penalty għall-gowl ta’ Matteo Martellacci. Huma aċċertaw mit-tliet punti fl-aħħar sessjoni b’gowls ta’ Sebastian Busuttil u Martellacci biex ikkontrollaw sat-tmiem, b’Otters tal-anqas jirnexxilhom isibu x-xibka tliet darbiet biex evitaw telfa akbar.

Marsaxlokk: B. Busuttil, S. Stellini, M. Pace, M. Martellacci (3), T. Agius, L. Saliba, J. Galea, K. Cremona, Z. Micallef (1), R. Scerri (2), M. Cacici (1), J. Portelli, F. Buhagiar, L. Mallia (2), S. Busuttil (2)

Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (3), M. Lanzon, L. Hyzler (2), E. Meli (1), L. Gialanze, K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, C. Zammit, Z. Bartolo, O. Zammit, D. Spiteri, M. Farrugia, L. Dimech

Referees: Ronnie Spiteri, Alessandro Cavallini

Logħob għal-lum

L-Ewwel Diviżjoni

Sirens v Ta’ Xbiex          6.00pm

Kampjonat Premier

Birżebbuġa v Sliema       7.05pm

San Ġiljan v Neptunes    8.10pm