Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Atletika : Elaine Thompson-Herah tirbaħ id-deheb fil-200 metru

(Ritratt: EPA)

Il-Ġamajkana Elaine Thompson-Herah rebħet it-tellieqa tal-200 metru biex b’hekk żidet midalja oħra tad-deheb ma’ dik li rebħet ftiti jiem ilu fil-100 metru. Thompson-Herah saret ukoll l-ewwel mara li rnexxielha tirbaħ il-100 metru u l-00 metru f’żewġ edizjzonijiet konsekuttivi tal-Olimpjadi, bil-ħin tal-200 metru jkun it-tieni l-aktar ħin veloċi ta’ kull żmien. Christine Mboba minn Namibia rebħet il-midalja tal-fidda fl-eta’ ta’ 18-il sena filwaqt li l-Amerikana Gabby Thomas rebħet il-midalja tal-Bronż.

Ikkummenta