Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Atletika : Keely Hodgkinson tikser rekord Brittaniku fit-800 metru

(Ritratt: EPA)

L-atleta ta’ 19-il sena Keely Hodgkinson kisret ir-rekord Brittaniku ta’ Kelly Holmes, meta rebħet il-midalja tal-fidda fit-800 metru f’ħin ta’ 1:55.88. Hodgkinson temmet fit-tieni post hekk kif il-midalja tad-deheb intrebħet mill-Amerikana Athing Mu li temmet it-tellieqa f’ħin ta’ 1:55.21. L-Amerikana Raevyn Rogers rebħet il-midalja tal-Bronż. B’hekk Hodgkinson saret l-ewwel atleta Brittanika li rebħet midalja fit-800 metru sa minn Kelly Holmes li rebħet id-deheb f’Ateni fl-2004.