L-Istati Uniti rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fl-atletika permezz ta’ Valarie Allman fid-discus. Ta’ 26 sena, Allman rebħet b’tefgħa ta’ 68.98 metri filwaqt li fit-tieni post spiċċat Kristin Pudenz tal-Germanja b’66.86 metri bil-midalja tal-bronż tintrebah minn Yaime Perez ta’ Kuba b’65.72 metri. Id-darbtejn rebbieħa fl-Olimpijadi Sandra Perkovic tal-Kroazja temmet fir-raba’ post.
//= $special ?>Olimpjadi – Discus : Valarie Allman tirbaħ id-deheb għall-Istati Uniti
3 ta' Awwissu 2021