Il-Brażil se jkollhom ċans jiddefendu t-titlu li rebħu fl-Olimpjadi tal-2016 f’Rio hekk kif fil-finali se jiltaqgħu kontra Spanja. Il-Brażil għelbu lil Messiku hekk kif wara li l-partita ntemmet bl-iskor ta’ 0-0, fl-għoti tal-penalties huma għelbu lil Messiku 4-1. Min-naħa l-oħra Spanja għelbu lil Ġappun wara l-ħin barrani, hekk kif fil-116 minuta kien il-plejer ta’ Real Madrid, Marcos Asensio li skorja l-gowl kruċjali biex tefagħhom fil-finali.
//= $special ?>Olimpjadi – Futbol : Spanja u l-Brażil fil-finali
3 ta' Awwissu 2021