Fil-Ġinnastika, Jade Carey tal-Istati Uniti rebħet il-midalja tad-deheb fil-floor wara li 24 siegħa qabel kienet iddiżappuntat fil-vault. Carey li għandha 21 sena minn Arizona ingħatat 14.366 punti. Fit-tieni post is-sorpriża u konferma spiċċat il-veterana ta’ 30 sena Vanessa Ferrari f’eżerċizzju meqjus bħala impekkabbli . Fit-tielet post u midalja tal-bronż Mai Murakami tal-Ġappun u Angelina Melnikova tal-Kumitat Olimpiku Russu li ġimgħa ilu rebħet il-midalja tad-deheb fil-kategorija tat-timijiet.
//= $special ?>Olimpjadi – Ġinnastika : L-Istati Uniti jkomplu jiddominaw
3 ta' Awwissu 2021