Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Lotta Greco-Romana : Lopez jirbaħ id-deheb għar-raba’ darba

(Ritratt: EPA)

Fil-lotta Greco-Romana, Mijain Lopez ta’ Kuba spiċċa bħala r-raba’ atleta fl-istorja tal-Olimpijadi li kien kapaċi jirbaħ midalja tad-deheb fl-istess dixxiplina. Lopez rebaħ għar-raba’ Olimpijadi konsekuttiva it-titlu heavyweight. Huwa għeleb lil Iakobi Kajaia ta’ Georgia 5 – 0. Ir-rebbieħa Olimpiċi bl-istess rekord huma kollha mill-Istati Uniti Carl Lewis (long jump), Al Oerter (discus) u l-għawwiem Michael Phelps (200metru medley).