L-Iżvediż-Amerikan Armand Duplantis, li qed jirrapreżenta lill-Iżvezja rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Pole Vault iżda ma rnexxielux jikser ir-rekord tad-dinja tiegħu stess bi ftit. B’qabża ta’ 6.02 metri kienet biżejjed biex assigura mid-deheb, għalkemm l-attentat li jaqbeż 6.19 metri u jikser ir-rekord mondjali, falla bi ftit. L-Amerikan Christopher Nilsen kiseb l-aqwa riżutlat personali b’qabża ta’ 5.79 metri biex ħa l-midalja tal-fidda filwaqt li Thiago Braz rebaħ il-bronż.
//= $special ?>Olimpjadi – Pole Vault : Armand Duplantis bl-ewwel midalja tiegħu
3 ta' Awwissu 2021