Internazzjonali Lokali Qorti

Sforz biex ulied l-ommijiet Torok li spiċċaw il-ħabs imorru jgħixu ma’ familja

Post it-tfal huwa mal-ġenituri tagħhom. Mhux l-istess jista’ jingħad għal żewġ subien li ma waqfux jibku u jgħajjtu barra l-awla tal-Qorti l-ġimgħa l-oħra hekk kif ommijiethom ġew ikkundannati sitt xhur ħabs kull wieħed wara li ammettew li ffalsifikaw dokumenti biex jiġu Malta.

Dawn it-tfal spiċċaw fil-kura taċ-‘Child Protection Services’ u jħossuhom mitlufa. Qed isir sforz qawwi sabiex dawn imorru jgħixu ma’ familja, li hija ħabiba sew mal-ġenituri. L-Avukati Gianluca Cappitta u Jason Grima li qed jiddeffendu l-interessi ta’ Rabia Yavuz u Muzekka Deneri huma determinati li ssir ġustizzja u saħansitra lesti li jieħdu l-każ fil-Qorti Ewropea.

“Għadna qed inħarsu lejn din il-kwistjoni bir-reqqa u nemmnu li jista’ jkun hemm kwistjonijiet ta’ traffikar tal-bnedmin imma għadna qed inħarsu lejn din u diversi problemi oħra. Iż-żewġ nisa uffiċjalment ressqu talba biex japplikaw għall-ażil, għadnha issir intervista u allura aħna sempliċement nistennew ir-riżultat tat-talba tagħhom għall-ażil,” qal l-Avukat Cappitta lil dan is-sit.

Dwar il-possibbiltà li l-ġenituri tagħhom iżuruhom jew viċi-versa, anke jekk l-ommijiet jinsabu l-ħabs għax fuq skype mhemmxi il-kuntatt fiżiku, l-Avukat Cappitta t qal li t-tfal huma fil-kura tas-Servizzi tal-Protezzjoni tat-Tfal. “Qed nikkunsidraw li nċaqilqu t-tfal fil-kura ta’ familja li huma ħbieb tal-ġenituri, madankollu rridu nikkunsidraw aċċess loġistiku għall-ommijiet jekk dan iseħħ.

Iż-żewġ nisa bħalissa qegħdin jirċievu laqgħat ta’ 30 minuta permezz ta’ Skype kuljum u suppost dalwaqt għandu jkollhom aċċess fiżiku għal uliedhom mill-inqas darba fil-ġimgħa. “Nisperaw li jkun hemm iktar, bħal  xi forma ta’ pleġġ, anke jekk hemm sentenza”.

Dwar il-missirijiet tat-tfal, dawn bħalissa mhumiex Malta iżda qed jippjanaw li jiġu Malta u issa ngħataw permess biex jitkellmu u wliedhom permezz ta’ Skype. L-għan tagħna huwa li n-nisa joħorġu mill-ħabs malajr kemm jista ‘jkun sabiex it-tfal ikunu jistgħu jerġgħu jingħaqdu ma’ ommijiethom.

Iż-żewġ ommijiet Torok li appellaw minn sentenza ta’ sitt xhur ħabs qed ifittxu ażil minħabba dak li huma jsejjħu r-reġim ta’ Recep Tayyip Erdogan fit-Turkija. Fl-applikazzjoni tal-appell tagħhom, l-avukati tan-nisa Jason Grima u Gianluca Cappitta qalu li huma għalliema li kienu ħarbu minn art twelidhom fl-2016 minħabba l-involviment tagħhom mal-moviment Gulen fil-kolp ta’ stat fallut kontra Recep Tayyip Erdogan.

L-avukati tagħhom qed jgħidu li sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi u l-atroċitajiet orribbli li segwew dan il-kolp ta’ stat fallut, in-nisa kienu ħarbu lejn il-Greċja. Peress li kien hemm il-possibbiltà li d-dokumenti tagħhom ma jiġġeddux. Kien għalhell li huma telgħu fuq titjira lejn Brussell li kienet tinvolvi waqfa ta’ sagħtejn f’Malta.

Peress li kienu użaw dokumenti foloz biex jivvjaġġaw, ġew arrestati f’Malta, akkużati u wara li ammettew l-akkużi. F’dak li jikkonċerna l-piena, li l-avukati ddeskrivew bħala “sproporzjonata u eċċessiva”, u qalu li piena ferm aktar ekwa u ġusta setgħet ġiet mogħtija.

L-ommijiet, qalu l-avukati mhumiex kriminali u għandhom bżonn l-għajnuna tal-Istat. Il-minuri jinsabu separati minn ommhom, bit-trawma kollha li ġġib magħha din is-separazzjoni. L-avukati qed jargumentaw li kien hemm sentenzi aktar klementi mogħtija f’każijiet aktar gravi fejn ma kienx hemm ammissjoni bikrija.  

L-avukati qegħdin jgħidu li sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi u l-atroċitajiet orribbli li segwew dan il-kolp ta’ stat fallut, in-nisa kienu ħarbu lejn il-Greċja. Peress li kien hemm il-possibbiltà li d-dokumenti tagħhom ma jiġġeddux, qalu, li huma telgħu fuq titjira lejn Brussell li kienet tinvolvi waqfa ta’ sagħtejn f’Malta.

Peress li kienu użaw dokumenti foloz biex jivvjaġġaw, ġew arrestati f’Malta, akkużati u wara li ammettew l-akkużi, ġew kundannati l-ħabs għal sitt xhur. L-appell jikkonċerna l-piena, li l-avukati ddeskrivew bħala “sproporzjonata u eċċessiva”, u qalu li piena ferm aktar ekwa u ġusta setgħet ġiet mogħtija.

Il-piena, qalu l-avukati, kemm fil-kwalità kif ukoll fil-kwantità, ma toħloqx bilanċ bejn l-aspett retributtiv u riformattiv li huwa tant għażiż fil-ġustizzja kriminali moderna Maltija. Huma semmew il-każ tal-Pulizija tal-2006 vs John Farrugia fejn sentenza ta’ sentejn u nofs ħabs tnaqqset għal ordni ta’ servizz fil-komunità.

L-ommijiet jħossu li l-Qorti kellha tkun ferm iktar ħanina magħhom. Huma kellhom jaħarbu mill-art twelidhom minħabba l-atroċitajiet li kienu qed isiru kontra l-moviment tagħhom u l-opinjoni politika tagħhom. Kellhom jagħmlu dan waqt li jieħdu ħsieb it-tfal żgħar tagħhom.

L-avukati argumentaw li l-appellanti ma kinux kriminali u kellhom bżonn l-għajnuna tal-Istat u qalu li jidher li l-qorti tal-Maġistrati ma qisitx il-fatt li l-appellanti kienu l-ommijiet ta’ żewġt itfal żgħar li ma kellhom ħadd ieħor biex jassisti lill-minuri. Bħala konsegwenza ta’ din is-sentenza, il-minuri kienu wkoll separati minn ommhom, bit-trawma kollha li ġġib magħha din is-separazzjoni.

L-avukati argumentaw li kien hemm sentenzi aktar klementi mogħtija f’każijiet aktar gravi fejn ma kienx hemm ammissjoni bikrija. Punt li qed jiġi gtrattat mid-difiża tal-ommijiet huwa li Malta hija firmatarja tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Refuġjati tal-1951.

Din tgħid li “l-Istati Kontraenti m’għandhomx jimponu pieni, minħabba d-dħul jew il-preżenza illegali tagħhom, fuq refuġjati li, ġejjin direttament minn territorju fejn ħajjithom jew il-libertà kienet mhedda fis-sens tal-artikolu 1, tidħol jew hija preżenti fit-territorju tagħhom mingħajr awtorizzazzjoni, sakemm dawn jippreżentaw ruħhom mingħajr dewmien lill-awtoritajiet u juru kawża tajba għad-dħul jew il-preżenza illegali tagħhom. ”

L-avukati qalu li r-refuġjati spiss ma setgħux jitilqu legalment minn pajjiżhom u jivvjaġġaw lejn stat sigur. Għalkemm it-test tal-liġi kkwotata jirreferi għal “refuġjati”, il-liġi internazzjonali u l-ġurisprudenza jinkludu dawk li jfittxu ażil f’din id-definizzjoni.