Sport Sport Ieħor

Telfa għal Malta kontra t-Turkija

It-tim Nazzjonali Malti tal-hockey qed jieħu sehem fil-Kampjonat tal-Ewropa, it-tielet kategorija . F’Lousada fil-Portugall Malta tinsab f’ Pool A flimkien mat-Turkija u l-Belarus filwaqt li f’ Pool B hemm ir-Repubblika Ċeka, Slovakkja, Portugall u l-Litwanja. Wara biss seba’ minuti Turkija fil-vantaġġ permezz ta’ MEHMET DEMIREL. It-tim immexxi minn Koca Kazim irdoppja permezz tal-captain VAKIF KILINC fit-18 il-minuta bl-istess plejer jagħmel l-iskor 3 – 0 fis-36 minuta. It-tim Malti immexxi minn Andre’ Ghio jerġa’ jkun fl-azzjoni nħar l-Erbgħa wara nofsinhar kontra Belarus li fl-ewwel partita kontra Turkija spiċċaw fi draw ta’ 2 – 2.