Lokali

Tnejn l-isptar wara inċident f’San Pawl il-Baħar

Ritratt : Maltese Roads Traffic Updates

Żewġ nisa kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara inċident f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16.50 fi Triq il-Korp tal-Pijunieri meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn 3 vetturi – vettura tat-tip Mercedes li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar li fortunatament ma sofra l-ebda ġrieħi, karozzi tal-għamla volkswagen li kienet ipparkjata kif ukoll karozza tat-tip Renault Zoe li fiha kien hemm żewġ nisa ta’ nazzjonalita barranija.

Minnufih fuq il-post waslet ambulanza li ħadet iż-żewġ nisa li għandhom 64 sena l-Isptar Mater Dei għal aktar kura filwaqt li l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.