Lokali

Zammit Lewis “imissu jistħi”

“Imissu jistħi”

Dan kien is-sentiment ta’ diversi persuni li tkellmu ma’ Net News it-Tlieta filgħodu wara dak li ntqal mill-Ministru Edward Zammit Lewis dwar il-votanti tiegħu…li spiċċa jgħajjarahom ‘ġaħan’

Il-mod kif tkellem Edward Zammit Lewis gie zvelat fil-Qorti permezz tal-avukati ta’ Yorgen Fenech meta ġew ippreżentati whatsapp chats bejn Zammit Lewis u Yorgen Fenech – akkużat b’kompliċita fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fil-messaġġi, Zammit Lewis jirreferi ghal shabu stess tal-Partit Laburista bil-frazi “tfal u pożi”

L-avukati ta’ Fenech għamlu referenza għal dak li qal fit-30 ta’ Ġunju li għadda id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li hu wkoll wieħed mill-avukati tal-familja Daphne Caruana Galizia, meta waqt diskors fil-Parlament semma’ l-messaġġi misjuba fuq il-mobile ta’ Yorgen Fenech.