Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Tas-Sliema rnexxielha tkisser ċirku ta’ serq ta’ roti, li wara li nsterqu, tpoġġew għall-bejgħ.
B’rabta ma’ dan il-każ il-pulizija arrestati żewġt irġiel.
Fl-aħħar xhur, il-Pulizija tad-Distrett innutat żieda ta’ rapporti ta’ roti misruqin mil-lokalitajiet ta’ Tas-Sliema, il-Gżira u ‘l madwar. Minnufih bdew l-investigazzjonijiet li wasslu biex ġew identifikati uħud mir-roti misruqin u li allegatament kienu qegħdin jinbiegħu f’suq miftuħ.
Minn aktar investigazzjonijiet li saru il-pulizija identifikat l-allegat bejjiegħ kif ukoll raġel li allegatament seraq ir-roti.
Dan ta’ l-aħħar ġie arrestat fis-siegħat bikrin ta’ dalgħodu fil-Gżira u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin
//= $special ?>