Lokali Qorti

36 xahar ħabs fuq serq ta’ karozza u attentat ta’ serqa fuq oħra

Il-Qorti tal-Maġistrati kkundannat raġel ta’ 42 sena, 36 xahar ħabs wara li ammetta li seraq karozza fil-Pietà u li fl-istess ġurnataipprova wkoll jisraq oħra f’Ħal Qormi. Saviour Agius ammetta li wettaq dawn ir-reati fil-25 ta’ Lulju li għadda, li sar reċediv u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li ngħata f’Mejju li għadda.

Il-Maġistrat Charmaine Galea, ikkunsidrat li Agius minn Ħal-Qormi ammetta fi stadju bikri u kkopera mal-Pulizija, iżda wkoll li dan huwa reċediv b’kondotta li qalet hija kkulurita u miżgħuda b’kundanni għal reati simili.

Minbarra s-36 xahar ħabs, il-Qorti orndat l-arrest mill-ġdid ta’ Agius b’rabta ma’ proċeduri oħra li għandom pendenti, kif ukoll il-konfiska ta’ €2,500 li kien ħallas bħala garanzija għall-ħelsien mill-arrest. Huwa tpoġġa wkoll taħt Ordni ta’ Trattament għal tliet snin minħabba d-dipendenza li għandu fuq id-droga. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kevin Pulis u Stacy Gatt.