Enerġija Lokali

“Barra mixgħul…u fid-dar dlam ċappa”

“Xi ħadd ifhemni kif barra d-dawl tal-Gvern mixgħul u jien ili sigħat id-dar fi dlam ċappa.”

Sostna dan persuna mill-Ħamrun li għamel kuntatt ma’ Net News li f’nofs il-qilla tax-xemx ta’ Awwissu, fi sħana u tidlik insapportabbli, saħaq li s-sitwazzjoni hija insapportabbli.

Huwa spjega kif tul il-jum tat-Tlieta kellu qtugħ ripetut fil-provvista tal-elettriku…u illum meta kien mingħalieh li kollox għadda, reġa’ spiċċa jrewwaħ.

Perpless, qalilna li ma jistax jifhem kif fid-dawl tax-xemx, id-dawl tal-Gvern fi Triq San Vinċenz huwa mixgħul meta f’dahru dalma totali.

Bosta kkuntattjaw lil din il-kamra tal-aħbarijiet fl-aħħar jumejn u spjegaw li l-fatt li qed jinqata’ d-dawl għax is-sħana mhux qed treġġi…hekk kif il-konsum huwa ferm inqas minn norma bit-turiżmu f’livelli baxxi ħafna.