Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 82 każ ġdid – 293 ifiqu

Fl-aħħar 24 siegħa ttestjaw pożittiv 82 każ ġdid ta’ Covid-19 sabiex l-ammont totali ta’ każi minn Marzu 2020 żdiedu għal 34,590.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa fiequ 293, mera taċ-ċifri għoljin li pajjiżna kien xiehda tagħhom ġimgħatejn ilu. Dan ifisser li t-total ta’ persuni mfejqa issa żdied għal 32,438.

Fortunatament fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata ebda mewta u għaldaqstant l-ammont ta’ vittmi għadu dak ta’ 423…bil-każi attivi issa jkomplu jonqsu għal 1,333.

Ta’ min wieħed jinnota li mis-69 każ imħabbra tul il-jum tat-Tlieta, l-età medja kienet dik ta’ 37 sena…żiedu mill-ġurnata preċedenti.

Dan filwaqt li l-persuni rikoverati l-Isptar Mater Dei u li huma pożittivi għall-Covid-19 naqsu għal 30…b’5 persuni qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.