Lokali

Ħabta bejn erba’ karozzi tħalli Spanjola bi ġrieħi gravi

Spanjola ta’ 64 sena li kienet passiġġiera f’karozza sofriet grieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident bejn 4 karozzi.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.00pm fi Triq il-Korp tal-Pijunier f’San Pawl il-Baħar.

Malli waset fil-post, il-Pulizija sabet li kienet seħħet ħabta bejn 4 vetturi – Mercedes li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar, Renault Zoe li fiha kien hemm żewġ nisa Spanjoli ta’ 64 sena, kif ukoll
Volkswagen u Ford li kienu pparkjati.

Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lill-passiġġiera tar-Renault l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika.

Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.