Ħabta bejn ferrovija veloċi u ferrovija lokali ħalliet tal-anqas tlieta mejta u għexieren midruba. Il-ferrovija veloċi kienet qed tivvjaġġa bejn Plzen fir-Repubblika Ċeka u l-belt Ġermaniża ta’ Munich.
Dawk midruba serjament ittieħdu l-isptar permezz ta’ ħelikopter.
L-inċident seħħ f’Domazlice, raħal fil-lvant tar-Repubblika Ċeka.
Iż-żewġ ferroviji baqgħu weqfin u qrib tal-binarji tagħhom, iżda minn filmati li bdew ħerġin ftit wara l-inċident jidher li l-kabina tal-ferrovija veloċ ġarrbet ħisara kbira.
//= $special ?>