Edukazzjoni Lokali

Il-UPE tgħid li għalliema tal-Higher Secondary qed ikunu trasferiti fi skejjel oħra

Il-Union tgħid li l-pagi baxxi qed jikkontribwixxu għall-iskarsezza ta' għalliema

Il-UPE tgħid li qed jiżżarmaw l-għalliema tal-Higher Secondary u l-ALP

Il-Union of Professional Educators fi stqarrija qalet li għandha informazzjoni tat-tħassib ferm li l-Ministeru tal-Edukazzjoni bħalissa għaddej b’eżerċizzju li permezz tiegħu għadd ta’ għalliema qed ikunu mċaqalqa mill-Higher Secondary u mill-ALP.

Jidher li l-Minsteru qed jinjora l-oġġezzjonijiet tal-għalliema għal dan iċ-ċaqliq hekk kif qed jibqa’ għaddej bil-pjanijiet tiegħu filwaqt li qed isejjaħ lill-għalliema b’mod individwali sabiex jinfurmahom dwar it-transfer li qed jingħataw.

Jidher li uħud mill-għalliema ta’ dawn l-iskejjel li jgħallmu studenti żgħażagħ ta’ ‘l fuq minn 15-il sena issa qed jintbagħtu jgħallmu fi skejjel  primarji.

Il-UPE qalet li jidher li l-Ministeru qed jagħmel dan biex jimla l-vojt fis-setturi educattivi obligatorji.

Din il-politika, qalet il-union, tikkontradixxi dak li ilu jgħid il-Ministeru, jiġifieri li mhemmx nuqqas ta’ għalliema.

Jagħmlu tajjeb il-partijiet kollha kkonċernati li jiffukaw fuq x’inhu li qed iwassal għal din is-sitwazzjoni, saħqet il-union, filwaqt li insistiet li “l-iskarsezza fil-pagi” huwa fattur li żgur li qed jikkontribbwixxi għal din il-kriżi.