Internazzjonali Transport

Il-vapur Ever Given iħott il-merkanzija l-Ingilterra… erba’ xhur tard

Il-merkanzija abbord il-vapur Ever Given tal-linja marittima Evergreen bdiet tinħatt illum fil-port ta’ Felixstowe, l-Ingilterra, erba’ xhur wara li kien skedat li jagħmel il-wasla tiegħu.

L-Evergreen kien ħoloq konġestjoni marittima enormi li laqtet mijiet ta’ vapuri tal-merkanzija wara li fit-23 ta’ Marzu inkalja u rnexxielu jagħlaq il-kanal dejjaq iżda tant kruċjali għat-trasport bil-baħar – dak tal-Kanal ta’ Suez.

Il-vapur oriġinarjament kellu jasal l-Ingilterra fil-bidu t’April.

Illum mal-2000 kontejner bdew jinħattu minn abbord il-vapurt u l-proċess mistenni jieħu madwar 24 siegħa.