Issoktaw ir-reazjonijiet pożittivi għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex – viżjoni b’għan ċar; dak li l-aċċess bejn Malta u Għawdex ma jibqax sfida ta’ kuljum għall-ħajja tal-Għawdxin.
Dwar dawn il-proposti tkellimna ma’ Charlene Muscat mill-Assoċjazzjoni li tirraprezenta l-ħaddiema impjegati f’Malta …b’Muscat tghid illi bħala għaqda jaqblu ma’ dawn il-proposti li ressaq il-PN.
Bħala AGEM spjegaw illi ‘l quddiem se jkunu qed jiddiskuti xi proposti u jagħmluhom f’manifest ħalli l-politika għal Għawdex tkun imsaħħa.
Il-proposti tal-PN ġew preżentati f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kelliem għal Għawdex Chris Said, mid-deputat Joe Ellis u mill-kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali Alex Borg….frott id-diskussjoni fil-Cluster dedikat għal Għawdex.
Gvern ġdid Nazzjonalista, qed jipproponi li jkabbar il-port tal-Imġarr biex dan ilaħħaq mal-bżonnijiet tal-passiġieri. Il-pjan tal-port irid jinkludi wkoll aktar spazju għall-parkeġġ.
Propost ukoll żewġ vapuri ġodda oħra, wieħed għall-passigieri u wieħed iddedikat għall-merkanzija u b’hekk jiġi introdott servizz tal-merkanzija lejn il-Port il-Kbir.
Il-PN qed ikompli jinsisti li jsiru l-istudji kollha neċċessarji dwar il-mina bejn Malta u Għawdex.Kif ukoll konsultazzjoni mal-poplu Għawdxi permezz ta’ referendum dwar il-mina wara li jiġu ppublikati l-istudji u ssir konsultazzjoni wiesgħa. Il-PN se jikkonsidra anke servizzi bl-ajru bejn iż-żewġ gżejjer.
//= $special ?>