Lokali

Bi ġrieħi gravi wara inċident fiż-Żejtun

Raġel ta’ 84 sena residenti Ħal Għaxaq qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq tal-Barrani, iż-Żejtun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-03.30 ta’ kmieni l-Ħamis filgħodu wara li r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura Peugeot Partner li kien qed isuq u ħabat ma’ ħajt.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.