Ftit tal-minuti ilu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fl-aħħar sigħat mara ta’ 88 sena mietet kawża tal-covid-19.
Huwa qal li din il-mara mietet waqt li ma kinitx qed tieħu l-kura fl-Isptar Mater Dei. B’hekk it-total ta’ fatalitajiet kawża ta’ din il-pandemija issa telgħu għal 424.
Huwa qal li bħalissa fl-ITU hemm erba’ persuni fosthom mara tqila.
Chris Fearne qal li fl-aħħar sigħat kien hemm 78 każ ġdid pożittiv filwaqt li fiequ iktar minn 200 persuna. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 1,206. Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet intqal li 95% tal-każijiet pożittivi huma kawża tal-varjant Indjan Delta. Il-bqij tal-każi huwa tal-varjant Brażiljan.
B’seħħ mis-16 ta’ Awwissu, għal dawk il-persuni kollha li huma mlaqqma biż-żewġ dożi…. il-perjodu ta’ kwarantina se jinżel minn 14-il ġurnata għal sebat ijiem. Dawn il-persuni li jkollhom kuntatt ma’ każ pożittivi, fis-seba’ jum tal-kwarantina tagħhom se jsirilhom test tal-COVID bir-riżutat joħroġ daiknhar stess u jekk ikun negattiv, l-għada jkun jista’ joħroġ mill-kwarantina.
Huwa qal li dawk in-nisa li jinsabu fit-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala tagħhom, fuq parir tat-tabib huma mħeġġa biex jieħdu t-tilqima kontra l-covid-19.
Dwar il-booster intqal li qed iħarsu lejn il-livell tal-immunità u sa issa ma jidhirx li hemm tnaqqis sinifikanti f’dawk li ħadu t-tilqim madwar sitt xhur ilu. Tħabbar li mIn-nofs Settembru se tkun qed tingħata booster doze waħda lil dawk il-persuni li huma immune u compromised u lir-residenti fid-Djar tal-Anzjani.
Il-Professur Charmaine Gauci qalet li 20% tal-każijiet huma persuni li ġew minn barra. Hija qalet li I-moving average f’dawn l-aħħar sebat ijiem kien dak ta’ 85 każ.
//= $special ?>