Erba’ ex-Speakers il-bieraħ kitbu lill-Speaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onor. Anġlu Farrugia li huma ma kienux ser jieħdu sehem f’Simpożju tal-Ispeakers li huwa kien ser jorganizza it-Tlieta 10 ta’ Awissu fl-okkażjoni tal-100 sena tal-Parlament Malti.
Dr Alfred Bonnici, Dr Lawrence Gonzi, s-sur Anton Tabone u Dr Louis Galea il-bieraħ kitbu lill-Speaker u informawh li “wara riflessjoni qbilna li fiċ-ċirkostanzi attwali li għaddej minnhom il-pajjiż ma nħossux li huwa opportun li l-Parlament jiddedika l-ħin tiegħu fuq ċerimonja bħal din meta l-pajjiż qed jaffaċċja aġenda ta’ materji ħafna aktar importanti u urġenti.”
Huma rringrazzjawh għall-istedina u infurmawh li ma kienux ser jieħdu sehem fil-laqgħa imsejjħa mill-Speaker, waqt li ssuġġerew li l-attività tiġi posposta għal xi data aktar opportuna.
//= $special ?>