Fid-dawl tal-ħatra ta’ Joseph Grech bħala Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN, waqt laqgħa lbieraħ filgħaxija, Gabriel Micallef ġie maħtur fl-inkarigu ta’ President tal-MŻPN b’mod unanimu.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonasita qal li matul l-istess laqgħa ġew maħtura wkoll dawn l-karigi: Jake Scerri Seychell – Viċi President għall-Affarijiet Esterni, Thomas De Martino – PRO, Matthias Vassallo – Social Media Officer.
L-eżekuttiv kollu tal-MŻPN jirringrazzja lil Joseph Grech tal-ħidma sfiqa tiegħu matul dawn l-aħħar snin, partikolarment fil-kariga ta’ President u jawguralu fl-irwol ġdid li qiegħed jokkupa.
L-istqarrija tkompli tgħid li matul x-xhur li ġejjin, l-MŻPN se jkompli jservi bħala pjattaforma għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin sabiex kulħadd ikollu l-opportunità iwassal l-ideat tiegħu u jagħti kontribut għal pajjiż aħjar. L-MŻPN dejjem aġġixxa ta’ xprun ta’ bidla għall-aħjar u għalhekk se jkun protagonist fit-tibdil li jeħtieġ pajjiżna għal ġejjieni li jixirqilna.
L-MŻPN qalet li jinsabu grati lejn l-partit li qiegħed jippromwovi żgħażagħ f’karigi għoljin interni. Dan juri l-impenn tal-PN sabiex jiġġedded u b’hekk joffri alternattiva dejjem aħjar għal pajjiżna.
//= $special ?>