Futbol Sport

Hibernians jirbħu l-ewwel leg kontra Riga

Riga…………………………0

Hibernians………………1

FC Riga: I. Brkic, A. Cernomordijs, I. Paurevic, S. Ortegon, A. Petersons, K. Loukili, W. Nata, F. Brisola, M. Soisalo, J. Leo, Y. Vakulko

Hibernians: I. Kone, Thaylor, L. Almeida, A. Agius, F. Apap, D. Vella, B. Kristensen, S. Raphael, J. Grech, W. Domoraud, J. Degabriele

Referee: V. Chinkov

Hibernians kisbu rebħa minima iżda importanti fil-Latvja kontra FC Riga bl-iskor ta’ 1-0. Minkejja li l-avversarji kienu aktar kwotati mit-tim minn Raħal Ġdid, jidher li l-pjan tattiku tal-kowċ Stefano Sanderra kien wieħed ta’ suċċess.

Hibernians ħarġu mal-ewwel fuq l-offensiva u wara  25 minuta, x-xutt ta’ Jake Grech għadda jħakkek minn mal-lasta. Riga rrispondew u ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, x-xutt ta’ Vakulko kien devjat bil-goalkeeper ta’ Hibernians Ibrahim Kone b’diffikultà jdawwar f’corner. Fit-tieni taqsima Hibernians kienu vċin li jiftħu l-iskor meta x-xutt ta’ Domoraud ħabat mal-mimduda.

Il-goal tar-rebħa ta’ Hibernians wasal fis-70 minuta, meta kien id-difensur Andrei Agius li b’xutt mid-distanza għeleb lil Brkic għal 1-0.