“Iebsa mad-dgħajjef, dgħajfa ma’ min hu b’saħħtu”… hekk sostnew il-Moviment Graffiti, flimkien mal-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers u l-Fondazzjoni aditus meta l-Ħamis filgħodu organizzaw attivita simbolika sabiex isemmghu il-pożizzjoni tagħhom rigward it-trattament inġust fil-konfront ta’ żewġ ommijiet Torok.
L-ommijiet ingħataw il-piena ta’ sitt xhur ħabs mill-Qorti tal-Maġistrati għall-użu ta’ passaporti foloz, li wasslet biex uliedhom jisfgħu ‘orfni’.
Dawn l-għaqdiet kollha wasslu messaġġ komuni; biex dawn iż-żewġt itfal li nfirdu minn mal-ġenituri jingħataw id-drittijiet kollha li jixirqilhom.
Din is-sentenza giet deskritta bhala eżempju ċar ta’ razziżmu istituzzjonali fejn il-Qrati setgħu ħarġu sanzjonijiet inqas ħorox u iktar adattatti.
Il-Moviment Graffiti, flimkien mal-Assoċjazzjoni tas-Social Workers u l-aditus saħqu li kwalunkwe pieni li jingħaw għandhom ikunu ġusti, riformattivi u proporzjonati għar-reati …..u mhux użati bħala forma ta’ retribuzzjoni. Fin-nuqqas ta’ dan, joħroġ ċar ir-razziżmu istituzzjonalizzat tas-sistema tal-ġustizzja kriminali, li spiss tkun iebsa mad-dgħajjef ….u dgħajfa ma’ min hu b’saħħtu.
Fl-ahhar jiem anke l-PN tkellem b’sahha dwar dan is-suggett fejn qal li d-drittijiet tat-tfal ghandhom dejjem jigu garantiti. Saret ukoll pressjoni fuq il-Gvern biex jassigura li l-protokolli kollha gew osservati.
//= $special ?>