Futbol Sport

Jack Grealish jissieħeb ma’ Manchester City

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder internazzjonali Ingliż Jack Grealish fis-sigħat li ġejjin se jkun imħabbar bħala l-akkwist il-ġdid taċ-champions Manchester City. Grealish se jkun qed jissieħeb mingħand Aston Villa għas-somma ta’ £100 miljun.

L-attakkant ta’ 25 sena kien ukoll offrut kuntratt ġdid minn Aston Villa iżda jidher li l-għażla tal-player kien li jmur ma’ tim li lest jisfida għall-unuri. Grealish kien ukoll parti mill-iskwadra tal-Ingilterra għall-Euro 2020 fejn kien fost l-aktar players li spikkaw fil-mumenti li kien fil-ground.