Sport Sport Ieħor

Joseph Martin se jieħu sehem fil-World ParaDarts online Classic

Fi tmiem il-ġimgħa li ġej, il-plejer tad-darts Malti Joseph Martin se jkun qed jieħu sehem fil-World ParaDarts online Classic 2021. Hu se jkun qed jilgħab kontra l-Brittaniku Matt Doe fir-rawnd tal-aħħar sittax ta’ din il-kompetizzjoni bil-format se jkun bl-aħjar minn seba’ legs.

Joseph Martin se jkun qed jieħu post l-plejer tad-darts Brittaniku Michael Davies li kellu jirtira minn dan it-turnament għal raġunijiet personali.

Din se tkun parteċipazzjoni oħra importanti għal Martin hekk kif diġa’ kellu ċ-ċans jieħu sehem fil-WorldParaDarts online tournament matul din ix-xitwa fejn kiseb riżultati ferm pożittivi tant li anke avvanza għall-fażijiet l-aktar kruċjali tal-kompetizzjoni.