Lokali

L-idea ta’ “Blockchain Island” falliet

“Strateġija li falliet kaġun tan-nuqqas tal-Gvern ta’ Robert Abela, anki fil-mod illi bih ħalla dell ikrah fuq Malta”

“Huwa ċar li l-Gvern Malti falla, u ma tax każ ir-rakkomandazzjonijiet biex jinvesti u jiżviluppa fit-teknoloġija tal-Blockchain”

Hekk stqarr Steve Tendon, il-persuna illi fl-2016 kien qal li Malta se ssir Blockchain Island – iżda llum ma jridx ikollu x’jaqsam aktar ma’ din l-istqarrija.

Meta kiteb lil grupp Blockchain Island Club, Steve Tendon qal li minflok saret inizjattiva biex il-poplu Malti jara l-opportunitajiet fil-blockchain, issa din l-istrategija saret biss storja ta’ traġedji u deċizzjonijiet żbaljati.

Hu spjega li bl-aħħar avvenimenti li żviluppaw f’Malta, inkluż il-greylisting tal-FATF, u ħafna skandli oħra li tefgħu dell ikrah fuq Malta, l-istrateġija “Blockchain Island” taret mar-riħ.

Tendon qal li ma jridx ikollu x’jaqsam ma’ dak li propona fl-2016 u tenna li se jkun qed jirtira minn kull rwol li ħaddan.

B’hekk nistgħu ngħidu li issa falliet l-idea li welled il-Gvern Laburista tliet snin ilu, bil-Ministru Silvio Schembri ikun pijunier ta’ din l-istrateġija li sfaxxat.

Iżda issa, huwa evidenti li dak li wiegħed il-Gvern Laburista ma jistax isir realtà u t-tmexxija ta’ Robert Abela mhux se tkun kapaċi toħloq il-Blockchain Island li tant ftaħru biha.