Wara li kien hemm qbil bejn Lionel Messi u Barcelona dwar kuntratt ġdid, jidher li l-attakkant Arġentin mhux mistenni jiffirma l-kuntratt tiegħu mal-klabb hekk kif jidher li huwa mpossibli li jintlaħaq ftehim minħabba ostakli ekonomiċi u strutturali.
Fis-sajf li għadda, Lionel Messi kien viċin ferm li jħalli lil Barcelona hekk kif kien hemm interess qawwi minn Manchester City, bl-attakkant jiddeċiedi li jibqa’ mal-klabb sa tmiem il-kuntratt.
//= $special ?>