Lokali

“Minn Malta! Bravi l-Maltin” – Papa Franġisku

Ritratt: Vatican News

“Minn Malta! Bravi l-Maltin”.

Dan kien il-kliem tal-Papa Franġisku nhar il-Ħadd 1 ta’ Awwissu 2021, meta grupp ta’ abbatini minn Għawdex marru jżuruh f’Santa Marta fin-nofs siegħa ta’ wara nofsinhar. Dawn l-abbatini qegħdin il-Vatikan biex jagħmlu s-servizz liturġiku fil-Bażilika ta’ San Pietru.

Fil-kumplament tax-xahar ta’ Awwissu u fil-bidu ta’ Settembru se jiġu ħames gruppi oħra ta’ abbatini minn Malta. Jakkompanjaw lill-abbatini hemm Dun Frans Bonnici, Dun Mark Ellul, Edward Abela u Dun Stephen Magro.