Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Atletika: Ryan Crouser jirbaħ ix-shot put

(Ritratt: EPA)

L-atleta Amerikan Ryan Crouser rebaħ il-midalja tad-deheb fil-finali tax-shot put b’tefa’ ta’ 22.30 metru. Crouser kien biss seba’ ċentimetri bogħod minn rekord dinji li kien waqqaf hu stess fit-trail tat-tim tal-Istati Uniti.

Fit-tieni post temm Joe Kovacs filwaqt li ċ-champion tad-dinja fl-2017, Thomas Walsh temm fit-tielet post u kiseb il-bronż.