L-għawwiema Quan Hongchan rebħet il-midalja tad-deheb għaċ-Ċina fl-għawm meta fil-kompetizzjoni tal-għadis tal-10m għenet liċ-Ċina jkomplu d-dominju tagħhom fil-midalji.
Hongchan li hija l-iżgħar kompetitura għaċ-Ċina f’dawn l-Olimpjadi rnexxielha tikseb punteġġ ta’ 466.20 fejn temmet b’40 punt aktar mill-għawwiema Ċiniża Chen Yuxi li kisbet il-fidda filwaqt li Melissa Wu tal-Awstralja temmet fit-tielet post biex kisbet l-ewwel midalja tagħha f’erba’ Olimpjadi.
L-atleta Ċiniża m’hijiex l-iżgħar atleta li kisbet midlaja fl-Olimpjadi hekk kif Momiji Nishiya kisbet id-deheb fl-età ta’ 13-il sena fil-kompetizzjoni tal-iskateboard.
//= $special ?>