L-organizzaturi tal-Olimpjad.i talbu apoloġija wara li ħadu żball meta kienu qed jintroduċu lill-għawwiema artistiċi tal-Ukrajna, Marta Fiedina u Anastasiya Savchuk hekk kif kienu introdotti bħala għawwiema tal-kontinġent tal-Kumitat Olimpiku Russu.
Waqt l-Olimpjadi qed ikunu użati tliet lingwi, il-Franċiż, l-Ingliż u l-Ġappuniż. L-għawwiema tal-Ukrajna temmew fit-tielet post u kisbu l-bronż. Dan l-iżball kien wieħeb imbarazzanti għall-organizzaturi hekk kif teżisti tensjoni politika bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
//= $special ?>