Lokali

Ponte Ferries u Virtu Ferries għadhom mingħajr permess għall-irmiġġ f’Augusta

Ponte Ferries għal darb’oħra kellhom jittardjaw is-servizz tal-ferry tagħhom, bla dubju jikkawżaw rabja fost il-klijenti tagħhom.

Fi stqarrija, il-Virtu Ferries saħqu li din id-darba Ponte Ferries qed jippruvaw jitfgħu ir-responsabilta’ tagħhom u t-tort fuq il-Virtu Ferries billi allegaw li dawn tal-aħħar sfidawhom legalment.

Virtu Ferries ma għamlet l-ebda sfida bħal din, jew kwalunkwe sfida oħra.

Bħal Ponte Ferries, il-Virtu Ferries saħqu li huma wkoll applikaw għal faċilitajiet ta’ rmiġġ fil-Port ta’ Augusta. L-applikazzjonijiet rispettivi jieħdu ż-żmien biex jiġu kkunsidrati, u l-ebda waħda minnhom għadha ma ġiet approvata..

Virtu Ferries komplew jgħidu li għall-kuntrarju ta’ Ponte Ferries, huma ma biegħux biljetti għal din ir-rotta sakemm jiġu approvat il-permess. B’kuntrast, il-kompetituri, Ponte Ferries, ilhom mit-23 ta’ Ġunju ibiegħu il-biljetti lill-pubbliku meta ma kinux f’pożizzjoni li jiggarantixxu s-servizz.